Żewġt irġiel inżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li kisru kundizzjonijiet imposti fuqhom mill-Qorti fuq każijiet preċedenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt li kienu qed isuqu karozza mingħajr pjanċi f’nofs ta’ lejl ġew arrestati mill-Pulizija waqt rondi li kienu qed isiru fiż-żona wara serqa ta’ €150,000 li kienet għadha kif seħħet minn ġojjellerija f’Ħ’Attard.
Kien għall-ħabta tas-2.30am meta George Galea ta’ 51 sena u Keith Testa ta’ 21 sena, it-tnejn mill-Marsa, instabu barra mid-djar tagħhom filwaqt li kienu qed jiksru l-kundizzjonijiet imposti fuqhom mill-Qorti.
Huma wieġbu mhux ħatja bil-Maġistrat Gabriella Vella, wara li semgħet il-każ, żammet lill-akkużati arrestati.