Raġel ta’ 29 sena mix-Xewkija ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Għarb.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu fi Triq l-Għarb, l-Għarb.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Auris, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti San Lawrenz, u tractor, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.