It-Taliban ipprojbixxew lin-nisa milli jżuru l-parks kollha f’Kabul, pass li kompla jeskludi lis-sess femminili mill-ħajja pubblika fl-Afganistan.
Kelliem għal dak li qed jissejjaħ il-‘Vice and Virtue Ministry’ mill-BBC qal li dawk li jamministraw il-parks fil-kapitali qalulhom biex ma jħallux lin-nisa jidħlu. Dan b’insistenza li l-liġijiet Iżlamiċi ma kinux qed jiġu segwiti fil-parks pubbliċi u tad-divertiment.
Id-drittijiet u l-libertajiet tan-nisa ġew ristretti ħafna minn meta l-Islamisti militanti ħatfu l-poter f’Awwissu tal-2021.
Skont ir-regoli tat-Taliban dwar is-segregazzjoni tan-nies skont is-sess, in-nisa tħallew iżuru parks fi tlett ijiem kull ġimgħa – il-Ħadd, it-Tnejn, it-Tlieta – u l-irġiel fl-erbgħa li kien fadal.
Issa n-nisa mhux se jitħallew anki jekk ikunu akkumpanjati minn qraba irġiel.