Se jitnieda ktieb li jiddeskrivi l-vjaġġ tal-awtur Mark Galea ma’ Dr Victor Calvagna. Dan il-ktieb se jiġi mniedi nhar is-Sibt li ġej, fi Ġnien Victor Calvagna li jinsab fil-Mosta.
Il-proġett kien iffinanzjat kollu minn sponsor u għalhekk id-dħul kollu mill-bejgħ tal-ktieb se jmur direttament lil Puttinu Cares.
Se jkun hemm opportunità biex min irid jiltaqa’ mal-kontributuri tal-ktieb, li kollha qasmu b’xi mod jew ieħor il-ħajja sportiva tal-mibki Dr Cavlagna, li miet f’inċident hu u jiġri.
Il-ktieb se jkun disponibbli wkoll għall-bejgħ eżatt wara t-tnedija.
Victor Calvagna kien magħruf l-aktar għax-xogħol tiegħu bħala konsulent fl-onkoloġija pedjatrika u l-fondazzjoni Puttinu Cares. Kien eroj għal ħafna nies u għen isalva l-ħajjiet ta’ ħafna tfal.
Madankollu, hemm naħa ta’ Victor li hija magħrufa biss mill-ftit, u għalhekk il-ktieb iġib l-isem: Victor, l-Ironman, għax isegwi mill-qrib il-vjaġġ sportiv tiegħu.