Ċpar ikkawża dewmien f’sitt titjiriet, li kienu skedati tul il-jum, li ħamsa minnhom kienu se jitilqu minn Heathrow, Manchester u Gatwick bid-destinazzjoni tkun għal Malta u waħda minn Malta lejn Heathrow.
Il-linja tal-ajru AirMalta ħabbret fuq is-sit tagħha li t-titjiriet t’hawn isfel ġew miżmuma milli jitilqu fil-ħin li kien skedat, bil-ħinijiet il-ġodda jkunu:
KM101 minn London Heathrow lejn Malta. It-titjira se titlaq fis-14.15
KM146 minn Malta lejn Manchester. It-titjira se titlaq fis-19:15
KM147 minn Manchester lejn Malta. It-titjira se titlaq fl-22:30
KM117 minn London Gatwick lejn Malta. It-titjira se titlaq fis-14.15
KM102 minn Malta lejn London Heathrow. It-titjira se titlaq fis-19.15
KM103 minn London Heathrow lejn Malta. It-titjira se titlaq fl-22.30
Siti barranin irrappurtaw kif aktar minn mitt titjira kellha tiġi skedata f’ħin differenti kmieni dalgħodu filwaqt li kien hemm oħrajn li ġew ikkanċellati.