Fi stqarrija l-Gvern qal li qed jieħu nota ta’ deċiżjoni li ħadet il-Qorti llum dwar ftehim li kien sar mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, dwar l-art tal-Miżieb u tal-Aħrax.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li d-deċiżjoni ma saritx skont il-liġi.
Il-Gvern qal li r-riservi tal-Miżieb u l-Aħrax kienu ilhom jiġu amministrati mill-FKNK mis-snin tmenin u l-ftehim, li meta sar kien ippubblikat b’mod sħiħ, kellu l-għan li jirregola dak li kien ilu jsir.