Terremot li kejjel ħamsa punt ħamsa fuq l-iskala Richter li heżżeż lin-naħa ta’ Rimini fl-Italja, inħass fiċ-ċentru tal-Italja u partijiet mill-Balkani.
Fl-ewwel rapporti jidher li ħadd ma miet jew weġġa’ minħabba t-theżżiża iżda kien hemm xi binjiet li sofrew xi ħsarat.
Kien hemm skejjel li għalqu u ferroviji li waqqfu s-servizzi minħabba suspett ta’ ħsarat fil-binarji.
It-terremot inħass minn bliet bħal Ruma u Bologna fl-Italja, u anki f’pajjiżi bħall-Islovenja u l-Kroazja.
L-ewwel u l-iktar theżżiża b’saħħitha nħasset ftit wara s-sebgħa ta’ filgħodu u segwewha theżżiżiet oħra inqas b’saħħithom fl-aħħar ħinijiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI