Waqt l-assemblea ġenerali tal-MFA, il-President Bjorn Vassallo ħabbar li l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius ser jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim nazzjonali Malti għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija li ġejjin.
Agius b’hekk ser ikun qed jmexxi lit-tim tal-kbar għal partita kontra l-Greċja ta’ 17 ta’ Novembru kif ukoll għal partita kontra l-Irlanda fl-20 ta’ Novembru. L-ex kowċ ta’ Valletta ser ikun qed jieħu post Devis Mangia b’mod temporanju li propju r-riżenja aktar kmieni din il-ġimgħa.
Gilbert Agius ser ikun assistit minn Davide Mazzotta u lil Alessandro Zinnari.