Tyler Camilleri, ta’ 23 sena minn Ħal Tarxien, tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għal żagħżugħ ieħor u darbu.
Barra minn hekk, ġie akkużat li hedded lill-vittma u li ġarr arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr permess.
Dan kollu allegatament għamlu għax ried li jkun hu li joħroġ mat-tfajla tal-vittma. Meta l-vittma bgħatlu messaġġi biex ma jibqax jagħmel kuntatt mat-tfajla, Tyler Camilleri offra għaxart elef ewro biex iż- iħalli lit-tfajla bi kwietha.
L-istorja eskalat meta ż-żewġ żagħżagħ iltaqgħu fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, fejn qamet ġlieda li wasslet biex l-akkużat ħareġ mus u darbu ħafif.
Camilleri ammetta l-akkużi kontrih u l-Qorti ħarġitlu ordni ta’ superviżjoni u ta’ protezzjoni favur il-vittmi. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000, filwaqt li jrid jiffirma darba fil-ġimgħa l-għassa ta’ Ħaż-Żabbar.