James Grech ta’ 35 sena, xufier ta’ vann tal-iskola ntbagħat ħdax-il sena wara li nstab ħati li f’Ġunju tal-2006 stupra tifla ta’ tmien snin, li kienet tattendi skola fil-Gżira.
Fil-Qorti, il-vittma rrakkuntat seba’ episodji ta’ stupru u abbuż sesswali li kollha saru f’għalqa mill-imputat, meta ix-xufier tal-vann kien iwassalha lura d-dar wara l-iskola.
Fix-xhieda tagħha, il-vittma qalet li l-akkużat kellu x’jaqsam magħha tliet darbiet.
Fix-xhieda tagħha, omm il-vittma qalet li ntebħet b’dak li kien qed jiġri lil bintha meta sabitilha djarju li kienet tniżżel dak li kien qed jagħmilha l-akkużat.
Barra s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit poġġiet lill-akkużat taħt ordni ta’ trażżin għal tliet snin u ordnatlu jħallas €500 fi spejjez tal-Qorti.