Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Karmenu Mifsud Bonnici kellu f’qalbu liż-żgħir u lil vunerabbli.
Il-Perit Daniel Micallef qal dan waqt il-bullettin tas-sebgħa u nofs ta’ ONE.
Huwa qal li kien mument sabiex li l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, fosthom il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela taw l-aħħar tislima quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Daniel Micallef qal li l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici baqa’ jqis iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bħala d-dar tiegħu.
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista qal li Karmenu Mifsud Bonnici serva bħala Prim Ministru bħall-aħjar mod u kien katalist tal-bidliet li saru f’pajjiżna.