It-Tnejn wara nofsinhar l-MFA ħabbret ili kienet qed taċċetta r-riżenja tal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia.
Fl-ittra tar-riżenja Mangia sostna li kien qiegħed jirriżenja fl-aħjar interess tat-tim nazzjonali Malti sabiex ikun jista jikkonċentra b’mod trankwil fuq il-partiti li ġejjin.
Il-kowċ Taljan kien sospiż mill-MFA matul ix-xahar li għadda wara allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali bl-MFA tagħti l-ħin kollu meħtieġ lis-Safe Guarding Officer tagħha sabiex jinvestiga l-każ. Filfatt il-bord eżekuttiv issa għandu dan ir-rapport li ser ikun qed jingħata lill-Safe Guarding Board sabiex jevalwaħ.
Nifhmu li fil-ħin li ġej, l-assoċjazzjoni ser tkun qed taħdem sabiex jinstab kowċ ġdid li jieħu post Mangia. Għadu mhux magħruf jekk it-tim ta’ kowċis li kienu jiffurmaw parti mit-tim tekniku tat-tim nazzjonali Malti hux ser jibqaw impjegati tal-assoċjazzjoni.