11:03: Il-Pulizija kkonfermat li t-tfajjel li aktar qabel kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija, instab.
Aktar Qabel: Tfajjel ta’ 16-il sena, allegatament agredixxa lil ommu b’sikkina u wara ħarab minn fuq il-post.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:30 ġo residenza privata, fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar.
Issejjħet Ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar stess, l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħattret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra għaddejjin bl-investigazzjoni fuq il-każ.