Is-sewwieq taljan ta’ Ducati Francesco Bagnaia huwa ċ-champion il-ġdid tal-MotoGP.
Id-disa’ post fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun, li sar il-Ħadd f’Valencia, kien biżżejjed għalih sabiex jikseb it-titlu.
Iċ-ċertezza tat-titlu waslet ukoll wara li l-eqreb rivali tiegħu għar-rebħ tal-kampjonat, il-franċiż Fabio Quartararo, spiċċa fir-raba’ post fil-GP ta’ Valencia. Dan fisser li Quartararo ma kellux punti biżżejjed sabiex jgħaddi lil Bagnaia fil-klassifika finali.
Dak ta’ dan l-istaġun kien l-ewwel titlu għal sewwieq taljan wara 13-il sena, bl-aħħar darba kienet permezz ta’ Valentino Rossi fl-2009.
Min-naħa tagħhom it-team Ducati kienu ilhom ma jirbħu dan il-Kampjonat mill-2007.
Għall-kronaka il-GP ta’ Valencia ġie mirbuħ minn Alex Rins Navarro fuq Suzuki segwiet fl-ordni minn Brad Binder (KTM) u Jorge Martin (Ducati).