Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru kienet ġurnata speċjali għall-kickboxer żagħżugħ malti Jesred Piscopo. Dan hekk kif waqt l-avveniment sportiv ‘Gladiators Fight Night 27’ Piscopo mhux biss rebaħ il-ġlieda tiegħu, iżda ftit wara għamel pass ieħor importanti meta ippropona lit-tfajla tiegħu Nicole Chetcuti sabiex tiżżewġu.
Piscopo huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa kickboxers lokali tal-mument u f’eta’ żagħżugħa diġa kiseb bosta suċċessi f’dan l-isport. Huwa jitħarreġ ma’ Team Noel. Nhar il-ġimgħa kien qed jikkompeti għat-titlu internazzjonali tal-World Kickboxing Network u ħareġ rebbieħ kontra Ayoub Benadia b’deċiżjoni unanima mill-judges.
Ir-riżultat intlaqa’ b’entużlażmu kbir mill-udjenza numeruża li attendiet għal dan l-avveniment, iżda kien fadal aktar emozzjonijiet.
Ftit wara li tħabbar ir-riżultat, Jesred nizel għarkubbtejh quddiem Nicole u ipproponilha għaż-żwieġ. Viżibilment emozzjonata Nicole qalet iva.
Suċċess doppju għalhekk għal Jesred Piscopo!
(Ritratti: Martin Agius Photography)