Il-Prim Ministru Brittaniku Rishi Sunak wiegħed li jeħles lir-Renju Unit mill-użu tal-fjuwils fossili u minflok juża enerġija aktar nadifa sabiex anke jiżgura l-provvista tal-enerġija.
Fil-fatt, fl-indirizz tiegħu li se jkun qed jagħmel għada fis-Summit dwar it-tibdil fil-klima COP27 li qed jitlaqqa’ fl-Eġittu, Sunak se jkun qed jenfasizza dwar il-punt dwar l-użu ta’ enerġija aktar nadifa, irħas u fuq kollox li tagħti sikurezza tal-provvista. Dan qed isir ukoll fl-isfond tal-prezzijiet esaġerati tal-enerġija, kkawżati mill-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa.
Għall-ewwel il-Prim Ministru Brittaniku ma kienx se jattendi għal dan is-summit, iżda ċeda għall-pressjoni fost il-kritika li kellu li kien se jitlef opportunità li jitkellem fuq kwistjoni ambjentali.