Il-Viżitaturi speċjali li kellna fil-bidu tas-sena kienu ċ-ċentru ta’ attività s-Sibt filgħodu. Il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti għenu biex jitimgħu tnax-il ċinju mutu li fil-bidu tax-xahar niżlu jistrieħu fil-Wied ta’ Marsalforn.
Dan wara li ġimgħat ilu approvat deċiżjoni biex iż-żona fejn niżlu tkun magħluqa għall-pubbliku biex ikunu ssalvagwardjati b’mod xieraq.