Għall-ħabta tal-11am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Victor Denaro, l-Imsida.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u, minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ħaddiem Tork ta’ 43 sena, residenti l-Imsida, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjħu tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin