Claire Agius Ordway tkompli turi lis-segwaċi ta’ ONE aktar xenarji sbieħ u dduq ikel minn bnadi differenti tad-dinja, bil-għan li twassal kulturi u tradizzjonijiet kulinarji differenti lis-segwaċi ta’ Taste&Travel fuq ONE.
Fil-programm ta din il-ġimgħa Claire ser iżżur Cappadocia, reġjun fit-Turkija li qed isir popolari mmens mal-Maltin. F’dan il-post, it-tim ta’ Taste&Travel daħal f’waħda mill-eqdem knejjes kristjani u f’dan il-programm it-tim ser jurina kemm kien iffurtunat li jiltaqa’ ma’ sitwazzjoni u proċess rari, li jsir darba fis-sena u li ilu jsir għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena
Segwi minuta minn dak li se tara fil-programm Taste&Travel li jmiss, li jixxandar il-Ħamis 3 ta’ Novembru fit-8:30pm