Mid-diskorsi tal-Prim Ministru Robert Abela u tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech dwar il-Budget ħarġet id-differenza ċara fil-viżjoni li joffru ż-żewġ mexxejja. Filwaqt li d-diskors tal-Prim Ministru jixhed l-istabbilità li qed joffri l-Gvern, mid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni joħroġ kemm hu maqtugħ mir-realtà tan-nies.
Dan kien il-messaġġ prinċipali li ħareġ waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Daniel Micallef, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, u mis-Segretarju Parlamentari Chris Bonett.
Daniel Micallef qal lid-diskorsi tal-mexxejja jixhdu d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja u juru li l-poplu jista’ jafda biss lill-Partit Laburista, immexxi minn Robert Abela, biex imexxih quddiem l-isfidi ta’ bħalissa.
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista qal li l-aħħar tliet snin juru li Gvern Laburista laqa’ għall-isfidi, waqt li baqa’ xorta l-aġent tal-bidla f’pajjiżna.
Huwa qal, “Fuq naħa rajna diskors ta’ Prim Ministru li jixhed l-istabbiltà, f’pajjiż li ħa jibqa’ mixi b’saħħtu fid-direzzjoni t-tajba, minkejja l-isfidi globali bla preċedent. Fuq in-naħa l-oħra smajna diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jixhed kif il-Partit Nazzjonalista mhux biss ma joffrix viżjoni għal dan il-pajjiż, iżda lanqas biss kapaċi jżomm stabbilita fi ħdan il-partit tiegħu stess.”
Daniel Micallef innota li wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu li għadda, il-Gvern Laburista beda numru ta’ riformi hekk kif beda jwettaq il-miżuri li twiegħdu fil-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li dan il-Budget huwa mfassal fuq il-prinċipju tar-ruħ soċjali li għandu l-Gvern, minkejja l-isfidi internazzjonali bla preċedent li għaddejjin minnhom bħalissa.
Stqarr, “Fuq naħa rajna diskors ta’ Prim Ministru li jixhed l-istabbiltà, f’pajjiż li ħa jibqa’ mixi b’saħħtu fid-direzzjoni t-tajba, minkejja l-isfidi globali bla preċedent. Fuq in-naħa l-oħra smajna diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jixhed kif il-Partit Nazzjonalista mhux biss ma joffrix viżjoni għal dan il-pajjiż, iżda lanqas biss kapaċi jżomm stabbilita fi ħdan il-partit tiegħu stess.”
Dr Bonett innota li diskors ta’ Bernard Grech kien nieqes mis-sustanza u li l-unika ħaġa li ppropona diġà daħlet f’Awwissu li għadda. Huwa nnota l-iżbalji li kien hemm fid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Qal li, filwaqt li Bernard Grech allega li l-Gvern mhux jindirizza l-għoli tal-ħajja, pajjiżna għandu t-tieni l-inqas rata ta’ inflazzjoni minn fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Fl-istess waqt, il-Gvern is-sena d-dieħla se joħroġ aktar minn €600 miljun biex iżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.
Eżempju ieħor huwa dak fejn Bernard Grech qal li l-Gvern mhux jinvesti fil-futur ta’ pajjiżna. Chris Bonett innota li l-Gvern se jkun qed jinvesti iżjed minn €900 miljun fi proġetti kapitali.
Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet ġie nnutat li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa wieħed soċjali li mhu se jkun fih l-ebda żieda fit-taxxi jew taxxi ġodda. Għall-kuntrarju, se jkun fih żieda fil-pensjonijiet, għajnuna għall-first-time buyers, u bosta miżuri soċjali oħrajn.