Mill-periferiji tal-villaġġ ta’ l-Għarb, ftit lil hinn mill-kappella ta’ San Dimitri, Clare twasslilna l-episodju li jmiss ta’ The Local Traveller. Għal darba f’sena, din iż-żona isservi ta’ separju għal Kite & Wind International Festival li permezz tal-parteċipanti barranin u Maltin ta ‘kite flyers’ , in-nies ikollhom iċ-ċans igawdu atmosfera mill-isbaħ. Il-kuluri tat-tajr imdaqqsa mhux ħazin, l-għamla tagħhom, il-mod ta’ kif jinħadmu biex itiru bl-aħjar mod possibli, ħoloq tbissima fuq kull min mar. Hemm l-arti u l-krejattivita’, l-inġinerija u l-ħsieb li qedha tiġi mhux biss trasmessa lill-udienzi żgħar u kbar imma anke tiġi mgħallma permezz tal-workshops li jkunu għaddejin għal pubbliku. Titilfux The Local Traveller li jixxandar fit-8:30 kull nhar ta Erbgha.
Wayne Aquilina
Ilu involut fix-xandir mill-1999. Ipproduċa, ikkordina u ppreżenta bosta programmi televiżivi. Iħobb iżomm lilu nnifsu infurmat u jsegwi xi jkun għaddej Malta u lil hinn. Jinteressah il-Eurovision Song Contest, ix-xena tal-mużika lokali u l-aspett kulturali ta' pajjiżna. Illum Sindku tal-Kalkara, u din l-esperjenza qed isservih biex jimraħ aktar fl-aspett amministrattiv u deċiżiv.