Il-President ta’ Malta, George Vella flimkien ma’ martu Miriam Vella nedew id-19-il edizzjoni tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign.
Il-President George Vella qal li din il-kampanja qed trawwem fit-tfal sens kbir ta’ solidarjeta, għaqda u mħabba lejn l-ambjent.
It-tema li hemm fuq il-karus hija “aħjar tkun ħabib milli bully”.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Kenneth Farrugia qal li din il-kampanja hija għall-qalb il-bank għax trawwem fit-tfal sens ta’ altruwiżmu u solidarjeta ma’ min għaddej minn żmien diffiċli.
Mill-kampanja ta’ Piggy Banks inġabru €2.6 miljun, fosthom rekord ta’ aktar minn €60,000 s-sena li għaddiet.
Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima.