Dar Bjorn għalqet ħames sninn minn mindu infetħet.
Id-dar, f’Ħal Qormi, tilqa’ fiha nies b’diversi kundizzjonijiet bħal ALS, Parkinson’s u Huntington’s. Hawnhekk diversi pazjenti jkunu offruti terapiji u kura varja minn bosta professjonisti.
Fl-okkażjoni tal-ħames snin anniversarju, Bjorn Formosa, iddedika d-Dar għal ħidma ta’ martu Maria, billi nfetaħ il-Kapitlu ta’ Maria.
Fost l-oħrajn, preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli u r-residenti kollha ta’ DAR Bjorn.