Illejla fis-6.30pm, fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela se jagħti t-tweġiba tiegħu għad-diskors li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Budget 2023.
Ilbieraħ filgħaxija, Bernard Brech għamel diskors li fih ma għamel xejn ħlief ikkritika l-miżuri tal-Budget, mingħajr ma’ ippropona miżura waħda.
B’rabta mat-tweġiba tal-Prim Ministru, l-istazzjonijiet One illejla se jxandru trażmissjoni speċjali. Ix-xandira, li se tkun kemm fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq ir-radju, tibda fil-5pm b’edizzjoni speċjali ta’ ’Pjazza’, ippreżentata minn Karl Stagno Navarra.
Imbagħad, fis-6.30pm, l-istazzjonijiet One jingħaqdu mal-Kamra tar-Rappreżentanti biex ixandru dirett id-diskors tal-Prim Ministru.
Ix-xandira speċjali tissokta wara bulettin tal-aħbarijiet minn ONE News u tibqa’ sejra sal-11pm, bi preżentazzjoni ta’ Luke Dalli.