Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, ħabbar li minn mindu bdew jingħataw is-17 ta’ Ottubru, sal-bieraħ kienu ngħataw 55,000 tilqima tal-influwenza u tal-varjant tal-Omicron tal-Covid-19.
Meta kien qed iwieġeb għal interpellenza parlamentari, huwa qal li 60 fil-mija minn fawn ħadu ż-żewġ tilqimiet f’daqqa.
Sal-bieraħ it-tilqim kien qed jingħata lil dawk ta’ ’l fuq minn 55 sena u lill-vulnerabbli, iżda mil-lum jista’ jmur jeħodhom kulħadd.
It-tilqim qed jingħata f’madwar 31 ċentru tas-saħħa u bereġ madwar Malta u Għawdex.
Fil-każ tat-tfal li għandhom aktar minn sentejn it-titqiba tal-influwenza se tkun tingħata bħala sprej tal-imnieħer. Il-booster tal-Omicron huwa disponibbli għal dawk kollha li għandhom minn 12-il sena ’l fuq.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.
Ara wkoll: https://one.com.mt/rispons-tajjeb-ghat-tilqima-tal-influwenza-u-ghall-booster-tal-covid/