Fl-aħħar lejl tax-xahar ta’ Ottubru, l-iskeletri, is-sħaħar, u l-fatati jieħdu l-ħajja fil-Halloween.
Dan il-jum għandu għeruq pagani u beda aktar minn elfejn sena ilu mill-komunita Ċeltika fir-Renju Unit u l-Irlanda.
Dan il-jum jiġi lejlet l-ewwel ta’ Novembru, il-jum meta l-Knisja Kattolika tfakkar il-festa tal-qaddisin kollha.
Dawn kienu jemmnu li fil-lejl tal-Halloween, il-mejtin jitħalltu mal-ħajjin, u biex jeħilsu mill-ispirti ħżiena kienu jorganizzaw festin kbir.
L-Irlandiżi li emigraw lejn l-Istati Uniti ħadu magħhom din it-tradizzjoni u dan wassal siex dan il-lejl kiber u nxtered madwar id-dinja kollha.
F’pajjiżna l-Halloween issa qabad sew, hekk kif bosta tfal u żgħażagħ, u anki adulti, jilbsu xi kostum, iżda ħafna għadhom xettiċi dwar il-Halloween.
Madwar id-dinja, fil-lejl tal-Halloween bosta huma dawk li joħorġu għall-hekk imsejħa ‘trick or treat’, fejn nies jilbsu kostum u jħabbtu bieb b’bieb għal xi ħaġa tal-ħelu.