Żewġ karozzi bombi fil-belt kapitali tas-Somalja, Mogadishu, qatlu mill-inqas mitt persuna u darbu madwar tliet mija oħra.
Il-President Somalu appella għall-assistenza internazzjonali, filwaqt li pponta subajh lejn il-grupp militant, al-Shabab bħala l-moħħ wara dan l-attakk.
Skont rapporti ta’ Reuters, l-ewwel bomba splodiet viċin il-ministeru għall-edukazzjoni, filwaqt li t-tieni bomba ġiet attivata ftit tal-ħin wara, meta timijiet mediċi kienu fuq il-post biex jgħinu lill-vittmi.
Qed jiġi rrappurtat ukoll li fost dawk maqtula kien hemm ġurnalist prominenti, kif ukoll uffiċċjal għoli tal-pulizija.