Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru fil-Padiljun tal-Basketball Ta’ Qali se tittella’ attivita’ oħra ta’ combat sports minn ‘The Arena Promotions’ bl-isem ta’ Battle of Honour.
Serata li se jkollha bosta ġlidiet Boxing, Kickboxing u K1 glory rules.
Ġlidiet li se jkunu kemm professjonali, semi professjonali u anke dilettanti. Se jkun hemm parteċipazzjoni sabiħa ta’ 34 atleta minn 22 klabbs differenti, kemm lokali u anke barranin.
Il-ġlieda ewlenija hija Elite K1 Glory Rules fejn insibu lil Milos Anic mis-Serbja li se jiġġieled kontra t-taljan Ricardo Cristiani. Żewġ atleti li għandhom esperjenza kbira f’dan l-isport.
Se jkun hemm ukoll team li se jirrapreżenta lil Malta kontra team taljan.
Total ta’ 18 -il ġlieda, kemm lokali u anke internazzjonali.
Il-pajjiżi parteċipanti huma: Italja, Sqallija, Franza, Kamerun, Marokk, Ukrajna, Servbja, Sirja, Libja, Albanija u Malta.
L-ewwel ġlieda tibda fis-7 ta’ filgħaxija.