Kienu bosta n-nies li laqgħu l-istedina mill-Uffiċċju tal-President, u tul dan it-tmiem il-ġimgħa, żaru l-Palazz Verdala waqt ‘Festa Palazz’.
Minbarra li l-pubbliku kellu l-opportunità unika li jżur il-palazz, fil-ġonna u ż-żoni tal-madwar ġew organizzati bosta attivitajiet.
Fosthom kien hemm attivitajiet organizzati mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Armata, wirja mill-klieb tal-Pulizija, logħob u eżerċizzju fiżiku, artiġjanat u ikel mil-kċina tal-palazz.
Dan fl-atmosfera ta’ diversi baned, mużiċisti u għannejja.
Il-President George Vella, akkumpanjat minn martu Miriam Vella, żaru l-Palazz u l-ġonna ta’ madwaru s-Sibt waranofsinhar.
Mad-dħul intalbet donazzjoni ta’ ħames ewro, b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.