Aktar minn tnejn u tletin persuna tilfu ħajjithom wara li waqa’ pont f’Gujarat, l-Indja.
Mijiet oħra li kienu fuq il-pont spiċċaw fl-ilma jissieltu għal ħajjithom. Filmati xokkanti tal-inċident juru nies imdendlin jippruvaw jiggranfaw ma’ biċċiet tal-ħadid.
Rapport fil-midja qalu li qed ikun stmat li mal-erba’ mitt persuna kienu fuq l-istruttura.
Il-pont infetaħ erba’ t’ijiem ilu wara li sarulu xi tiswijiet.
Il-Prim Ministru Indjan, Narendra Modi stqarr id-dieqa tiegħu għal dan l-inċident.