Żagħżugħ ta’ 22 sena residenti ż-Żejtun sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.
L-inċiden seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Ħal Tarxien.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris, misjuqa minn Taljan ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn, u BMW 320D, misjuqa mill-vittma.
L-vittma ttieħed lejn l-isptar Mated Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.