Kumpanija Amerikana se tkun qed tibni l-ewwel impjant tal-enerġija nukleari għall-Polonja. Ħabbar dan il-Prim Ministru Pollakk, Mateusz Morawiecki. Huwa qal li dan l-impjant se jkun qed inaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju fil-Polonja u jispiċċa l-użu tal-faħam b’mod gradwali.
Din id-deċiżjoni se tkun qed issaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-Polonja u l-Amerika u hija waħda strateġika hekk kif is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku hija mhedda kawża tal-Gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Il-Viċi President tal-Amerika Kamala Harris, li kienet strumentali għal din il-kooperazzjoni, qalet li dan il-proġett se jkun qed jgħin ukoll sabiex tiġi ndirizzata l-kriżi tat-tibdil fil-klima. Il-bini tal-impjant se joħloq eluf ta’ impjiegi għall-Amerikani.