Erbatax-il sena wara li ħarġet l-ewwel Monopoly dwar Malta, fl-ixkafef tal-ħwienet se jkun hemm edizzjoni ġdida. Dan tħabbar ilbieraħ filgħaxija fejn ġie spjegat li din il-logħba mhux se jkollha iktar ismijiet tat-toroq Maltin imma se jinbidlu f’ismijiet ta’ negozji lokali u postijiet magħrufa sew mal-Maltin.
L-ewwel edizzjoni ta’ Monopoly li ħarġet fl-2008, kellha impinġi t-tempju tal-Imnajdra fuq il-kaxxa ta’ barra u kienet mimlija bl-ismijiet oriġinali tat-toroq li jinsabu madwar il-gżejjer Maltin.
B’differenza, l-edizzjoni l-ġdida hija aktar kkulurita u kkaraterizzata b’kumpaniji Maltin li d-dilettanti li ħadmu fuq din l-edizzjoni jemmnu li jirrapreżentaw iktar lil Malta.
Il-logħba fiha diversi ritratti tal-kosta tal-Belt Valletta u ħwienet bħal Tigne Pont u l-Ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Ir-regoli tal-logħba baqgħu l-l-istess.