L-awtoritajiet Ukreni wissew liċ-ċittadini fil-kapitali Kyiv li l-provvista tal-elettriku se ddum aktar minn erba’ sigħat maqtugħa, kawża ta’ attakki Russi fuq l-infrastruttura tal-enerġija.
Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky qal li l-qtugħ tad-dawl qed jaffettwa lil madwar erba’ miljun ruħ. S’issa diġà nqerdu madwar terz tal-impjanti tal-enerġija elettrika fl-Ukrajna. Żied jgħid li dawn l-attakki mhux se jaqtgħu qalb l-Ukreni biex ikomplu jiġġieldu għall-pajjiżhom.