Il-Familja Rjali se tkun mill-ġdid taħt il-lenti, hekk kif sar magħruf li l-ħajja tal-Prinċep Harry se tkun imniżżla f’pubblikazzjoni msejjħa “Spare”.
Il-frażi ‘an heir and a spare’ tindika id-dmir ta’ koppja rjali li tiżgura s-sopravivenza tal-familja billi tipproduċi żewġt itfal b’saħħithom. F’każ li jiġri xi ħaġa lil wieħed minnhom, ikun hemm ‘spare’. Harry f’dan il-każ huwa ‘spare’, b’kuntrast ma’ ħuh William, l-eredi tat-tron.
Il-pubblikazzjoni qed tkun deskritta bħala waħda ‘onesta’, u l-ktieb se joħriġ fl-għaxra ta’ Jannar 2023. Il-verżjoni bil-lingwa Spanjola huwa saħansitra aktar indikattiv, bis-sottotitolu En La Sombra, jew ‘fid-dell’.
Huwa allegat li Harry tħallas £18.4 miljun bil-quddiem għall-ktieb, bħala parti minn ftehim ta’ tliet pubblikazzjonijiet li jiswew £36.8 miljun.
Illum, il-pubblikatur Penguin Random House qal li d-duka ta donazzjoni ta’ £1.3 miljun lill-organizazzjoni li twettaq karità mat-tfalbl-istem ta’ Sentebale, filwaqt li ta £300,000 oħra lil WellChild, organizzazzjoni tal-karità għal tfal b’diżabilità li għaliha jservi bħala patrun.