Kien għal ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Lunzjata f’Ħal Tarxien meta għal xi raġuni dar ħadet in-nar.
In-nies li jgħixu fir-residenza inħarġu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
One News huwa infurmat li ħadd ma weġġgħa.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Kien hemm ukoll ambulanza assistita mal- Pulizija.
Ritratt mill-arkivji