Wasalt biex tiżboh? Hemm min imur għal kuluri li jgħoġbuh, mingħajr ma jagħti kas tal-moda, u hemm min iħobb isegwi dak li l-aktar li jkun popolari.
Hekk kif se taqleb is-siegħa, tonqos is-sħana u ħafna jinġabru d-dar aktar milli joħorġu fit-tard, jibda jiżdied ukoll ix-xogħol ta’ rinovazzjoni. Kumpanija Ingliża tal-assigurazzjoni wettqet eżerċizzju biex tiskopri l-aktar kuluri taż-żebgħa li huma moda bħalissa fuq Instagram. L-esperti ġabru lista ta’ sfumaturi popolari u eżaminaw in-numru ta’ hashtags fuq Instagram li kull sfumatura ġabret.
Dawn huma l-aktar kuluri li kisbu hashtags fuq Instagram, allura l-aktar kuluri ta’ ħitan li qed jagħmlu suċċess bħalissa. Huma kuluri ta’ ditti differenti, iżda qed niktbu isimhom propja f’din il-lista:
Fl-ewwel post, Hague Blue.
Fit-tieni post, Green Smoke.
Fit-tielet post, Stiffkey Blue.
Fir-raba’ post, Dove Grey.
Fil-ħames post, Paris Grey.