Ħames Maltin ma nstabux ħatja li kisru sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea meta 20 persuna waslu Malta mil-Libja fl-2019.
Il-ħames akkużati kienu James Fenech, Bertrand Agius, Charles Bugeja, Konrad Agius, u Michael Cauchi.
Huma ġew mixlija li fornew dgħajjes tal-għamla RHIBS (rigid hull inflatable boat), bi ksur tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
Mill-provi li ġew imressqa fil-Qorti, irriżulta li ż-żewġ dgħajjes kienu irreġistrati bħala pleasure boats.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti, ippreseduta mil-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qalet li r-regoli tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jipprovdu lista ta’ dawk l-affarjiet li fuqhom hemm projbizzjoni għall-użu fil-Libja.
Il-Qorti żiedet tgħid li l-kodiċi ta’ dawn iż-żewġ RHIBS mhumiex fl-elenku tal-affarjiet projbiti b’rabta mal-użu tagħhom fil-Libja.