It-Tlieta tard filgħodu, il-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu bl-aktar milquta jkunu Birkirkara FC li ser jkollhom jagħdu mingħajr id-difensur Alessandro Coppola li ġie sospiż xejn anqas minn erba logħbiet.
Il-kowċ tal-stess Birkirkara Giovanni Tedesco ġie sospiż logħba filwaqt lil-President Michael Valencia ġie sospiż żewġ logħbiet.
Ivan Bozovic ta’ Balzan, James Arthur u Neil Micallef ta’ Gudja United, Luis Carlos Riascos ta’ Gżira United, Juan Cruz Aguilar ta’ Marsaxlokk, Matthew Calleja Cremona ta’ Santa Lucia u Randall Vella ta’ Żebbug Rangers ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA.
Anke l-fitness kowċ ta’ Marsaxlokk Andres Quiroga ġie sospiż żewġ logħbiet filwaqt li l-kowċ tal-goalkeepers ta’ Mosta FC Mark Vella ġie sospiż logħba.