Hacker li seraq żewġ kanzunetti ta’ Ed Sheeran li kienu għadhom mhux rilaxxati weħel 18-il xahar ħabs.
Il-hacker Adrian Kwiatkowski biegħ il-kanzunetti ta’ Sheeran u tar-rapper Lil Uzi Vert fuq id-dark web, bi skambju għal munita kripto.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kwiatkowski huwa żagħżugħ ta’ 23 sena, minn Ipswich, ir-Renju Unit. Irnexxielu jisraq id-diski wara li ħħakkja l-kontijiet diġitali tal-artisti. Huwa ammetta 19-il akkuża, inkluż ksur tad-drittijiet tal-awtur u pussess ta’ proprjetà kriminali.
Il-Qorti ta’ Ipswich semgħet li meta saret tfittxija fil-laptop tal-akkużat, instabu 565 fajl awdjo, inklużi l-kanzunetti ta’ Sheeran u Vert. Skont il-Pulizija Ingliża, huwa rnexxilu jdaħħal £131,000 mill-mużika misruqa.