Nhar is-Sibt li ġej, MaltaPost se toħroġ sett ta’ tliet bolol f’ħarġa differenti lil hinn mit- tradizjonijiet tas-soltu. Din il-ħarġa ġiet meħuda mid-dinja tal-comics u qegħdin jirreferu wkoll għall-kultura lokali.
Id-disinji ta’ dan is-sett ġew mehuda minn ‘Impressions of an Island’ li ġie ppublikat minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni ma’ ‘Wicked Comics’.
Dan is-sett ta’ bolol ġie iddisinjat minn Fabio Agius, Lee Townsend kif ukoll minn Mario Torrisi. Is-sett se jinħareġ f’folja t’għaxar bolli. Kull bolla hija ta’ daqs 31mm x 44mm, b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 (comb.) u l-folja hija ta’ daqs 185mm x 118mm. Il-bolli ġew stampati b’watermark tas-Salib ta’ Malta u Printex Limited ipproduċa dan is-sett b’metodu offset. Il-ħarġa f’din is-sensiela tikkonsisti f’500,000 tal-€0.05, f’30,000 bolla tal-€1.70 u 300,000 taż-€2.50.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għall- bejgħ mill-Fergħat Postali f’Malta u Għawdex minn nhar is-Sibt 29 t’Ottubru 2022. Ordnijiet u aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn dan is-sit elettroniku.