Il-pjattaforma tal-messaġġi virtwali WhatsApp waqfet taħdem f’Malta u f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja.
L-utenti tal-pjattaforma, proprjetà ta’ Meta, bdew jirrappurtaw problemi bil-WhatsApp għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Aktar minn 12,000 rapport ġew daħlu lill-kumpanija fi żmien nofs siegħa, skont is-sit Down Detector.
Ħafna nies ilmentaw fuq il-midja soċjali li ma setgħux jibagħtu jew jirċievu messaġġi. WhatsApp għandu madwar żewġ biljun utent attiv globalment.
Kelliem għall-Meta qal li l-kumpanija tinsab “konxja li xi nies bħalissa qed ikollhom problemi biex jibagħtu l-messaġġi u qed naħdmu biex nirrestawraw WhatsApp għal kulħadd kemm jista’ jkun malajr.”