Rishi Sunak ta’ 42 sena se jsir uffiċjalment Prim Ministru tar-Renju Unit dalgħodu wara li rebaħ it-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv.
Huwa se jżur il-Palazz ta’ Buckingham biex jiltaqa’ mar- Re Karlu qabel ma jsib postu f’ ‘Number 10’ bħala l-ewwel Prim Ministru Asjatiku Brittaniku tar-Renju Unit. Se jkun ukoll it-tielet mexxej tar-Renju Unit f’seba’ ġimgħat, u mistenni jagħmel l-ewwel diskors tiegħu bħala Prim Ministru barra Downing Street fil-11:35 ħin Ingliż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iżda qabel, il-Prim Ministru uxxenti Liz Truss se tippresjedi l-aħħar laqgħa tagħha tal-kabinett fid-09:00 ta’ dalgħodu, qabel ma tippreżenta r-riżenja formali tagħha lir-Re fl-10:15.