Il-Gvern se jkun qed jagħti għotja ta’ €10,000 fuq perjodu ta’ għaxar snin lil dawk li jixtru l-ewwel proprjetà b’valur sa nofs miljun ewro.
Din il-miżura se tapplika għal kull akkwist li sar minn Jannar ta’ din is-sena ’l hawn. Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, spjega wkoll li din mhux se tkun soġġetta għal test tal-mezzi u se titħaddem mill-banek kummerċjali kollha li joperaw f’Malta u Għawdex.
Id-Deposit Payment Scheme se tiġi estiża biex tkun tista’ tassisti lil aktar nies isiru sidien ta’ djarhom.
Permezz ta’ din il-miżura l-Gvern se jżid il-valur massimu tal-proprjeta li tista tiġi mixtrija għal €225,000, u dawk li ma setgħux ifaddlu l-10 fil-mija għad-depożitu fuq dar residenzjali se jkunu jistgħu jieħdu self bla interessi fuq id-depożitu, liema self jiġi garantit mill-Gvern mal-banek kummerċjali.