Meta il-grupp Daesh (ISIS) ħadu taħt idhom villaġġ qrib Mosul u bdew joqtlu uffiċjali tal-Pulizija, numru minnhom iddeċidew li jilbsu ta’ mara sabiex jibqgħu ħajjin.
Filfatt kienet niqab li salvat ħajjet Abu Alawi, Pulizija li spiċċa f’nofs dan it-terrur.
Għal aktar minn sentejn u nofs, in-iqab, għenitu jistaħba minn Daesh u kif ukoll mill-attakki brutali li qatlu lil bosta minn sħabu.
Fil-bidu Alawi staħba fir-residenza tiegħu iżda meta sar jaf li militanti taħt it-tmexxija ta’ Daesh bdew jirrejdjaw ir-residenzi, kellu jsib alternattiv ieħor. Minn hem iddeċieda li l-aħjar għażla hi li jilbes ta’ mara u jistaħba taħt in-niqab.
“Kien hemm sens ta’ eċitament iżda meta tarhom jersqu fil-qrib ma’ tantx tibqa’ tieħu gost għax kien hemm min libes niqab u xorta spiċċa arrestat u maqtul. Kont wieħed mill-fortunati li rnexxieli nsalva, iżda ma kontx l-unika wieħed lanqas,” qal Alawi.
F’dawn l-aħħar jiem qed tinħass is-sens ta’ paċi dan hekk kif dan il-villaġġ m’għadux taħt id Daesh, b’diversi tfal jistgħu jintlemħu jitbissmu u joħorġu jilgħabu mingħajr ebda nkwiet.