L-istazzjon ONE illum se jippreżenta xandira straordinarja dwar il-Budget 2023. Is-servizz se jibda fl-4pm b’edizzjoni speċjali tal-programm ‘Pjazza’ ma’ Karl Stagno Navarra.
Fis-6.30pm, imbagħad, l-istazzjon ONE jingħaqad mal-Parlament għad-diskors tal-Budget mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara l-bulettin tal-aħbarijiet ta’ minn ONE News, is-serata tissokta bi programm ta’ analiżi u diskussjoni dwar id-diskors u l-miżuri tal-Budget immexxi minn Janice Bartolo.
Sadattant, tul il-jum, l-istazzjon se jkun qed jaġġorna l-ħin kollu wkoll permezz ta’ one.com.mt u l-paġna ta’ one.com.mt fuq il-Facebook.