Il-Ħadd filgħodu, l-eks Prim Ministru Taljan, Mario Draghi ta l-qanpiena lill-Prim Ministru l-ġdid, Giorgia Meloni.
Dan f’ċerimonja li saret, biex turi li t-tmexxija tal-pajjiż jinsab f’idejn xi ħadd ġdid.
Dan wara li s-Sibt, Giorgia Meloni saret uffiċjalment Prim Ministru tal-Italja, wara l-elezzjoni ġenerali tax-xahar li għadda.
Imbagħad Mario Draghi ħareġ għall-aħħar darba mill-Palazz ta’ Chigi, li huwa r-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru.
Dan filwaqt li l-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni mexxiet l-ewwel laqgħa tal-Kabinett tal-Ministri.
Ritratti: ANSA