Anastasija Afanasjeva, Latvjana ta’ 39 sena li tgħix il-Mellieħa ngħatat sentenza ta’ ħabs sospiża wara li nstabet ħatja ta’ vjolenza domestika fuq l-eks sieħeb tagħha.
Hija ġiet akkużata li nhar il-11 ta’ Ottubru li għadda ffastidjat u segwiet lill-eks sieħeb tagħha u li naqset milli tobdi l-ordnijiet tal-Pulizija u li hija riċediva.
Id-difiża ma kkontestax l-arrest tal-imputat, filwaqt li din ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha.
Għaldaqstant, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit, sabet lill-akkużata ħatja u kkundannata għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Dan filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma għal tliet snin.