Dalgħodu, tħabbret il-mewt tal-Patri Duminkan Marius Zerafa, fl-età ta’ 93 sena.
Huwa kien sar patri Duminkan fl-età ta’ 16-il sena u tul ħajtu kien awtorità fil-qasam kulturali f’pajjiżna.
Dan hekk kif huwa mexxa diversi mużewijiet f’pajjiżna u kif ukoll kien pittur u skultur.
Huwa jibqa’ magħruf ukoll għal kif irnexxielu jirkupra l-pittura ta’ San Ġlormu, tal-artist Carravagio, wara li din kienet insterqet mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Intant fi stqarrija, il-Partit Laburista ta l-kondoljanzi lill-qraba ta’ Patri Marius Zerafa, li kien in-neputi tal-eks Prim Ministru Laburista, Pawlu Boffa.
Sentejn ilu, ONE News kien intervista lil Fr Marius Zerafa dwar it-Tabib Pawlu Boffa fil-Kunvent tad-Dumnikani f’Tas-Sliema.