L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kkollaborat ma’ Ekoskola, fi programm ta’ Nature Trust Malta, biex tagħti rwol prinċipali lit-tfal fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent 2050.
L-istudenti ppreżentaw numru ta’ ideat għal ambjent aħjar.
Qalet, “It-tfal għandhom vuċi kbira u jistgħu jsemmgħuha u jien nemmen li t-tfal jistgħu jbiddlu ħafna affarijiet fl-ambjent.”
Student oħra spjegat kif, “L-ambjent mhux biss is-siġar u l-insetti, iżda hija wkoll il-kwalità tal-ħajja tagħna.”
Nadia Suda Lanzon, manager fi ħdan l-ERA stqarret li dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jiġu evalwati biex jiġu nklużi fl-istrateġija.
Qalet, “Qamu diversi punti validi u interessanti mill-istudenti. Dawn flimkien ma’ numru ta’ kummenti ohra li qed nirċievu mill-pubbliku u entitajiet oħra li qegħdin jipparteċipaw f’din il-konsultazzjoni qegħdin nevalwawhom biex naraw liem hu l-aqwa mod biex nintegrawhom f’din l-istrateġija li ħejjejna.”
Il-Ministru għall-Ambjent, Miriam Dalli qalet li dawn il-parteċipanti se jkunu qed imexxu, iwettqu u jgħixu l-inizjattivi ta’ din l-istrateġija.
Mat-tnedija tal-konsultazzjoni, tfasslet ukoll verżjoni għat-tfal li tqassmet mal-istudenti ta’ Ekoskola, sabiex tiġbor l-opinjoni tagħhom.
Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent se tkun estiża sal-erbgħa ta’ Novembru li ġej.